In-numru ta' każi attivi ta' COVID-19 komplew nieżla biex issa huwa 73 u dan hekk kif fl-aħħar 24 siegħa fiequ tliet persuni oħra u wieħed biss irriżulta pożittiv.
Matul il-ġurnata tal-Ħadd saru biss 569 test, l-anqas ammont ta' testijiet li saru fl-aħħar ġimgħat.
B'kollox sa issa fiequ 537 persuna.
Intant, minkejja li dalgħodu ħarġet sejħa għall-ġurnalisti għall-konferenza tal-aħbarijiet mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, kif kien qed isir nhar ta' Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa, waqt il-programm Niskata tħabbar li din il-konferenza mhux se ssir u minflok se ssir konferenza tal-aħbarijiet illejla.