Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci ħabbret li dan tal-lum kien l-aħħar bulettin mediku marbut mal-COVID-19.
Għal diversi ġimgħat Gauci kienet qed taġġorna lill-pubbliku kuljum u fl-aħħar ġimgħat tliet darbiet fil-ġimgħa dwar is-sitwazzjoni tal-virus f'Malta.
Madanakollu, issa li min-nhar il-Ġimgħa se jiġu llaxkati kważi l-miżuri kollha u l-pajjiż jibda normalità ġdida, dan il-bulletin mediku se jibda jingħata mod ieħor u mhux permezz ta' konferenza.
L-appell ta' Gauci huwa biex kulħadd, hekk kif il-ħajja tkompli, jibqa' jsegwi l-miżuri kollha ta' mitigazzjoni, partikolarment il-prinċipji tad-distanza soċjali, l-iġene personali u l-użu tal-maskra fejn indikat.
Aqra wkoll: