L-għadd ta' persuni li jistgħu jiltaqgħu fil-pubbliku jitla' għal 75

Dan ifisser li jistgħu jsiru attivitajiet sakemm l-għadd ta' persuni li jattendu ma jaqbiżx dan in-numru

L-awtoritajiet tas-saħħa se jkunu qed jippermettu li jsiru attivitajiet li għalihom ma jattendux aktar minn 75 persua.

Waqt l-aħħar bulettin mediku tagħha, meta mistoqsija mill-ġurnalisti, il-Professur Charmaine Gauci saħqet li min-nhar il-Ġimgħa se jkun irrevokat l-avviż legali li ma jippermettix li jiltaqgħu aktar minn sitt persuni f’postijiet pubbliċi.

Għalhekk, spjegat, attivitajiet jistgħu jsiru sakemm ma jattendux għalihom aktar minn 75 persuna.

Miżuri ta’ distanza soċjali jibqgħu japplikaw dejjem.

More in Politika