It-trabi se jibdew jingħataw tilqima oħra kontra l-meninġite

Kull sena f'Malta jkun hawn bejn 10 u 15-il każ tal-meninġite

It-trabi li twieldu minn Frar ta’ din is-sena se jibdew jingħataw it-tilqima kontra l-meningococcus, b’mod immedjat u mingħajr ħlas.

Ħababr dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li b’hekk fuq il-formolarju tal-Gvern hemm it-tilqim li jkopri l-maġġoranza tal-mokrobi li jikkawżaw il-meninġite.

Fearne spjega li dan il-mikrobu jikkawża l-aktar imwiet u sa tliet snin ilu lanqas kien għad hawn tilqima għalih.

Is-sistema tas-saħħa ilha snin tagħti t-tilqima kontra l-haemophilus influenza li tikkawża l-meningite l-aktar fit-trabi, waqt li t-tfal li twieldu mill-bidu ta’ Frar ta’ din is-sena bdew jingħataw it-tilqima kontra l-pneumococcus fit-tliet dożi.

Il-Ministru Fearne qal li bl-aħħar żewġ tilqimiet kontra l-meninġite li żdiedu fuq il-formolarju tal-Gvern, il-ġenituri qed jiffrankaw mas-€700 għal kull tarbija.

Fearne kompla jispjega li f’Malta, kull sena, jkun hawn bejn 10 u 15-il każ tal-meninġite, ħafna minnhom tfal u żgħażagħ taħt l-20 sena u kull sentejn Malta jkollha mewt kawża tal-meninġite.

More in Politika