It-tabib Michael Axiak li huwa membru tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u anke eks Deputat u Sindku, insista li Adrian Delia għandu jirriżenja minn Kap tal-Partit jekk ma jridx jara lill-Partit jinqasam.
Axiak kiteb dan fuq Facebook hekk kif bħalissa d-Deputati Nazzjonalisti qed jiltaqgħu mal-President George Vella wara li 19 minnhom (inklużi l-MEPs) sfiduċjaw lil Adrian Delia.
Is-sit illum.com.mt jinsab infurmat li hemm minn tal-inqas Deputat ieħor li lest jissieħeb mad-Deputati li sfiduċjaw lill-Kap Nazzjonalista.
Sal-bieraħ, Delia ma wera l-ebda intenzjoni li jirriżenja anzi qal li l-President, skont il-Kostituzzjoni, ma jistax ineħħih minn Kap tal-Oppożizzjoni sakemm hu għadu Kap Nazzjonalista.
Saħaq li sakemm ipoġġu man-naħa tal-PN, id-Deputati jridu jifhmu li hu l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Iżda diversi esperti kostituzzjonali mhumiex tal-istess fehma. Agħfas hawn biex taqra dawn x'qalu.