Ilbieraħ għalaq l-ewwel jum ta' votazzjoni fl-elezzjoni għall-Kap Nazzjonalista. Is-sit illum.com.mt tista' tiżvela li lbieraħ marru jivvutaw b'kollox 16%, bl-akbar turnout ikun f'Għawdex fejn fl-ewwel jum ivvutaw 21.2% tat-tesserati eliġibbli - jiġifieri 1,711. It-tieni l-akbar turnout kien fin-naħa ta' isfel tal-pajjiż - fiż-Żejtun li allura jkopri wkoll dawk xi żoni fin-naħa ta' isfel fejn ma hemmx tesserati, minn 745 ivvutaw 21%.
20% ta' dawk it-tesserati li kellhom imorru jivvutaw f'Ħal Tarxien, li jkopri l-irħula tal-madwar ((Raħal Ġdid u aktar), fejn hemm b'kollox 1,209 persuna eliġibbli, marru jivvutaw fl-ewwel jum.
Minn 1,961 li huma eliġibbli li jivvutaw fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista kienu b'kollox 11% li vvutaw, filwaqt illi fil-bini tal-AZAD minn 673 ivvutaw 15%.
Is-sit illum.com.mt jista' jiżvela wkoll kif l-inqas li vvutaw kien fl-Imsida b'13.6%. Fil-lokalitajiet li huma maġġoranzi kbar Nazzjonalisti u ż-żoni tal-madwar ivvutaw dawn l-ammonti ta' tesserati: Tas-Sliema: 15.3% minn 1,288 tesserat, Is-Swieqi: 18.9% minn 1,077, In-Naxxar: 14.9% minn 1,835.
Fl-Isla - u allura t-tesserati Nazzjonalisti tal-Kottonera u l-madwar - ivutaw 15.1% minn 1,107 tesserat.