Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna llejla ħabbar illi l-Wage Supplement - li permezz tiegħu l-Gvern iħallas parti mill-paga ta' ħaddiema f'diversi setturi, speċjalment dawk milqutin ħażin mill-pandemija tal-Covid-19 - se tkun estiża sa Marzu 2021.
"Issa li għandna iktar esperjenza ta’ kif imxiet din il-miżura u iktar informazzjoni nistgħu naraw li nimmodifikawha sabiex naraw li l-akbar għajnuna tkun indirizzata lil min l-aktar għandu bżonn bi kriterji ċari, prinċipalment it-turnover tan-negozju," qal il-Ministru Scicluna.
Huwa stmat li l-ispiża fuq din l-iskema se tlaħħaq sa €40 miljun fix-xahar.