L-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi laqgħet l-inizjattivi mħabbra mill-Gvern biex isaħħu t-tkabbir ekonomiku u anke qalet li tinsab sodisfatta bil-fatt li ħafna mill-proposti tagħha ntlaqgħu.
L-MDA qalet li dak li tħabbar huwa pass ‘il quddiem biex is-suq tal-proprjetà u setturi oħra bħal dak tal-enerġija rinovabbli, jkompli jikkontribwixxu favur l-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija Maltija.
Partikolarment, l-MDA laqgħet id-deċiżjoni li tkun estiża l-iskema tal-First Time Buyers u anke skemi oħra introdotti fl-aħħar xhur biex dawk li se jbiegħu jew jixtri proprjetà fix-xhur li ġejjin igawdu minn rati orħos tat-taxxa.