Anzjana ta’ 72 sena hija s-46 vittma tal-Covid-19

L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-13 ta’ Ottubru, u ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Ottubru

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 72 sena mietet bil-Covid-19.

L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-13 ta’ Ottubru, u ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Ottubru.

Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, fejn mietet aktar kmieni llum.

L-anzjana hija s-46 vittma tal-Covid-19 f'Malta.

More in Politika