Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia ħabbar li tliet proġetti fil-Ħamrun, Ħal Qormi, u l-Mosta se jkunu qed jitwettqu fi żmien qasir u f’żoni popolati u densi f’pajjiżna, u se jkunu qed idawwru uħud mit-toroq ewlenin ta’ pajjiżna f’pulmuni ħodor. Għal kull lokalità se jintefqu €1 miljun, b'total allura ta' madwar €4 miljuni.
Il-Ministru spjega kif dawn il-proġetti se jintroduċu l-kunċett ta’ għixien fl-urban fi tlett siti urbani fil-Mosta, il-Ħamrun u Ħal Qormi. Id-dokument relatat mal-akkwist diġà huwa disponibbli.
Il-Ministru Farrugia ħabbar ukoll it-twaqqif ta’ GreenServ, diviżjoni fil-Wasteserv li għandha l-mandat li twettaq proġetti ta’ natura infrastrutturali u ekoloġika fl-inqas żmien possibbli u bl-ogħla standards possibbli.
Il-Ministru spjega kif il-gvern qed jimxi wkoll bil-proġetti ta’ tisqif tal-mini ta’ Santa Venera. Il-kunċett huwa ċċentrat madwar is-salvagwardja ta’ reċetturi sensittivi mit-tniġġis ikkawżat mit-traffiku, filwaqt li jiġi implimentat kunċett ġdid ta’ ġnien fuq waħda mill-iktar toroq użati f’pajjiżna. L-istudji ġeotekniċi se jkunu essenzjali għall-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.
Dawn l-istudji se jkunu qed jiddeterminaw l-istat tal-ġeoloġija eżistenti u x-xogħol meħtieġ biex dan il-proġett isir realtà. “Dan il-proġett se jkun qed jipprovdi pulmun aħdar liż-żona msemmija wara li dan l-ambjent kellu jagħmel wisa’ għall-progress. Aħna kommessi li ntejbu l-benesseri ambjentali, u li permezz ta’ proġetti innovattivi bħal dawn jistgħu jimxu flimkien mal-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna”, stqarr il-Ministru Farrugia.
Dawn l-istudji ġeotekniċi se jkunu qed isiru fil-bidu tas-sena d-dieħla wara li jiġi konkluż il-proċess ta’ akkwist meħtieġ.
Preżenti wkoll kien hemm is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat li sostna illi dan huwa investiment bla preċedent