'Irridu settur agrikolu li jkun pilastru ekonomiku, mhux piż' - Il-Kap tal-PN

Il-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jiltaqa' ma' numru ta' bdiewa u raħħala fl-Imġarr

Il-Kap tal-PN mal-bdiewa fl-Imġarr
Il-Kap tal-PN mal-bdiewa fl-Imġarr

“Is-settur agrikolu mhux talli ma narawhx bħala piż, talli se npoġġuh bħala pilastru ekonomiku ieħor li jikkumplimenta l-bqija tal-mudell soċjo-ekonomiku tagħna.” Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt żjara li għamel lil numru ta’ bdiewa u raħħala fl-Imġarr.

Bernard Grech qal li huwa importanti li nibqgħu nikkonservaw dak li hu Malti u għalhekk għandha tiġi assigurata ekonomija tan-nies fejn tgħożż dak li hu naturali u tkattru b’responsabbilta’.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li s-settur agrikolu huwa l-qafas tal-ambjent rurali tagħna u għalhekk il-PN jrid strateġija ekonomika li tassew tirrispetta l-ambjent u l kampanja tagħna. "Dan flimkien ma’ diversifikazzjoni intelligenti li tinkludi produzzjoni u rkupru ta’ enerġija alternattiva bħala  sors ta' tkabbir ta’ dħul u l-ħolqien ta’ patt soċjali ġdid mad-dinja tal-agrikoltura biex nippermettu lill-akbar numru ta’ nies ikollhom aċċess għal ikel ta’ kwalità, ikel bnin bi prezzijiet raġjonevoli, filwaqt li niggarantixxu lill-bdiewa dħul deċenti."

Preżenti għal din iż-żjara flimkien mal-Kap tal-PN Bernard Grech kien hemm ukoll il-Kelliem għall-Ambjent u l-Emerġenza tal-Klima David Thake u l-kandidati Alessia Psaila Zammit u Alex Mangion.

More in Politika