Għotja ta' €4.5 miljun biex l-iskejjel privati jkopru spejjeż relatati mal-Covid-19

Il-Gvern jgħaddi somma ta' darba għall-għajnuna finanznarja li tkopri spejjeż relatati ma' miżuri marbutin mal-Covid-19

Il-Gvern se jkun qed jgħaddi €4.5 miljun f'għotja ta' darba lill-iskejjel privati f'konnessjoni ma' spejjeż ta' dawn l-iskejjel relatati mal-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel skont il-miżuri ta' sigurtà mposti mill-awtoritajiet tas-saħħa, biex jilqgħu għall-Covid-19.

Dan ħabbritu l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Privati (ISA) li fakkret illi f'Awwissu li għadda kienet ikkumissjonat rapport biex ikun determinat x'kienu dawn l-ispejjeż. 

L-ISA esprimiet sodisfazzjon għal din l-għajnuna li dawn l-iskejjel se jkunu qed jirċievu.

More in Politika