Alfred Sant jappella għall-investiment fil-klima li jkun 'ambizzjuż u fattibbli'

Biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mill-Green Deal Ewropew, il-Pjan ta’ Investiment se jimmobilizza mill-inqas €1 triljun f’investimenti sostenibbli matul l-10 snin li ġejjin

L-MEP Alfred Sant
L-MEP Alfred Sant

L-MEP Laburista Alfred Sant ivvota favur rapport dwar il-finanzjament tal-Green Deal Ewropew u appella biex l-investiment u l-infiq fuq il-klima jkun ambizzjuż u fattibbli.

Filwaqt li laqa’ l-Pjan ta' Investiment dwar l-Ewropa Sostenibbli bħala ċentrali għas-suċċess tat-tranżizzjoni ħadra, Alfred Sant qal lis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew li huwa essenzjali li s-sostenibbiltà titqiegħed fil-qalba tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment.

Biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mill-Green Deal Ewropew, il-Pjan ta’ Investiment se jimmobilizza mill-inqas €1 triljun f’investimenti sostenibbli matul l-10 snin li ġejjin. Parti mill-pjan, il-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta, se jkun immirat għal tranżizzjoni ekwa u ġusta u se jimmobilizza mill-inqas €100 biljun f’investimenti matul il-perjodu 2021-2027 biex jappoġġja lill-ħaddiema u liċ-ċittadini tar-reġjuni l-aktar milquta mit-tranżizzjoni.

Fi spjegazzjoni tal-vot lill-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-pjan Ewropew għal Unjoni tas-Swieq Kapitali - dossier li għalih Sant huwa rapporteur għas-Soċjalisti u d-Demokratiċi - enfasizza li l-investituri jkunu qed ipoġġu fil-prattika għanijiet ambjentali bħala kriterji għall-investimenti.

Mil-lat pubbliku, il-gvernijiet huma mistennija li jibnu infrastrutturi reżiljenti u ekoloġiċi. Bħalissa, l-impatt soċjoekonomiku tal-pandemija qajjem tħassib li l-istrateġiji ta’ dekarbonizzazzjoni jistgħu jiġu pperikolati.

“Il-fatt hu li, indipendentement miċ-ċirkostanzi attwali, mhux il-pajjiżi kollha huma allinjati jew jibdew mill-istess punt. Huwa għalhekk li l-appoġġ lill-amministrazzjonijiet pubbliċi huwa essenzjali. Li tafferma mill-ġdid impenn qawwi lejn il-Green Deal mhuwiex biżżejjed biex tittratta r-realtà tal-implimentazzjoni b’mod konkret ”, qal Alfred Sant.

Il-Fond għat-Tranżizzjoni Ġusta għandu jkompli jkun disponibbli għar-reġjuni kollha, irrispettivament mid-dipendenza tagħhom fuq il-fossil fuels. Alfred Sant insista li l-ebda reġjun m’għandu jiġi kkastigat għax ma jistax jaffordja li jsegwi miri ambizzjużi minn kmieni. Wieħed irid ikun realistiku u jakkumpanja r-reġjuni lejn it-transizzjoni ħadra, u mhux jippenalizzahom.

Bl-istess mod, filwaqt li l-miri għall-infiq fuq il-klima għandhom ikunu ambizzjużi u fattibbli, huwa aħjar li nimxu 'l quddiem b'mod inkrimentali minflok nistabbilixxu miri għoljin wisq li ma jkunux prattiċi b’riskju li jitkabbru d-diverġenzi eżistent

More in Politika