Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani oħrajn mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ anzjan ta’ 75 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long-term Care Facility.
Fit-tieni każ anzjan ta’ 73 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Dawn huma allura l-105 u l-106 persuna li tilfu ħajjithom minn meta faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19 f'Marzu li għadda. Fl-1 ta' Novembru Malta kienet qed tirreġistra 64 mewt, li jfisser illi f'19-il jum Malta esperjenzat 42 mewt ta' persuni li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Ix-xejra 'l fuq tal-imwiet, għalkemm preokkupanti ħafna, tirrifletti wkoll iż-żieda fin-numri tal-imwiet ta' nies pożittivi għall-Covid-19, f'ħafna pajjiżi.