Clayton Bartolo se jkun il-Ministru tat-Turiżmu u allura se jkun qed jieħu post Julia Farrgia Portelli li nħatret Ministru f'dan il-portafoll meta kien elett Robert Abela Prim Ministru f'Jannar li għadda.
Bartolo, li jkun elett fuq it-12-il distrett, kien Segretarju Parlamentari għall-Ekonomij Diġitali u Servizzi Finanzjarji. Fl-istess Ministeru, bħala Segretarju Parlamentari se jibqa' Deo Debattista.
Intant Justyne Caruana se tkun qiegħda tidħol lura fil-Kabinett bħala Ministru, wara li rriżenjat aktar kmieni din is-sena.
(Aktar informazjoni malli taslilna)