Tibdiliet konsiderevoli fil-Kabinett: Miriam Dalli, Clyde Caruana u Justyne Caruana ġewwa
Tibdiliet fil-portafolli ta' bosta Ministri fl-ewwel reshuffle tal-PM Robert Abela
minn Albert Gauci Cunningham
Fir-reshuffle li għamel il-Prim Ministru Robert Abela llum - l-ewwel wieħed tiegħu - Michael Farrugia - il-Ministru tal-Enerġija u Ilma - mistenni issa jieħu Ministeru għall-Anzjani, portafoll li se jittieħed minn Michael Falzon li iżda se jkun qed iżomm il-bqija tal-portafolli li għandu u li jinkludu lill-Familja u Solidarjetà Soċjali. Intant dan is-sit jinsab infurmat ukoll li Julia Farrugia Portelli li se tkun qed titlef il-protafoll tat-Turiżmu għal Clayton Bartolo, u minflok se tkun qed tmexxi l-Ministeru tal-Inklużjoni u Diżabilità.
Il-Ministru Owen Bonnici, li tilef l-Edukazzjoni li issa mar għand Justyne Caruana , se jkun qed imexxi l-Ministeru tal-Innovazzjoni u Riċerka filwaqt li Silvio Schembri se jżomm l-istess Ministeru, jitlef il-Malta Enterprise u jingħata d-Dipartiment tal-Artijiet.
Miriam Dalli se tkun qed tieħu l-Ministeru tal-Enerġija, Ilma, Malta Enterprise u Żvilupp Sostenibbli filwaqt illi l-Ministru Aaron Farrugia ngħata Segretarju Parlamentari, Chris Agius. Agius se jkun responsabbli għall-Kostruzzjoni filwaqt li Farrugia se jżomm il-portafoll kollu li għandu llum, li jinkludi l-Ambjent, l-Ippjanar u Tibdil fil-Klima
Il-Ministri Edward Zammit Lewis, Clint Camilleri, Anton Refalo u Ian Borg se jibqgħu bl-istess portafolli filwaqt li Rosianne Cutajar mistennija tibqa' Segretarju Parlamentari taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja.
Intant jidher li sa issa Silvio Parnis għadu ma ngħata l-ebda responsabilità fil-Kabinett.
Robert Abela: Prim Ministru
Chris Fearne: Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa
Evarist Bartolo: Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej
Michael Farrugia: Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva
Owen Bonnici: Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija wara Covid-19
José Herrera: Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali
Carmelo Abela: Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Ian Borg: Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali
Michael Falzon: Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal
Edward Zammit Lewis: Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza
Anton Refalo: Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali
Roderick Galdes: Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali
Justyne Caruana: Ministru għall-Edukazzjoni
Silvio Schembri: Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija
Julia Farrugia Portelli: Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja
Aaron Farrugia: Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar
Clint Camilleri: Ministru għal Għawdex
Byron Camilleri: Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi
Clayton Bartolo: Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi
Miriam Dalli: Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli
Clyde Caruana: Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol
Dawn huma s-Segretarji Parlamentari fil-Kabinett:
Stefan Zrinzo Azzopardi: Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Rosianne Cutajar: Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza
Clifton Grima: Segretarju Parlamentari għall-Isport, Rikreazzjoni u Organizzazzjonijiet Volontarji fi ħdan il-Ministeru għall-Inkluzjoni u l-Kwalità tal-Ħajja
Chris Agius: Segretarju Parlamentari għall-Kostruzzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar
Alex Muscat: Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi
Deo Debattista: Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur