Ifiqu 177 pazjent bil-Covid-19; Jinstabu 80 każ ġdid
Ilbieraħ saru 2,192 swab test
More in Politika
Ilbieraħ saru 2,192 swab test
Illum, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 80 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li 177 pazjent ġew ikkonfermati mfejqa.
Dan ifisser li issa l-għadd tal-każi attivi huwa ta' 2,060. Ilbieraħ saru 2,192 swab test, kważi elf test inqas minn kemm kienu qed isiru fl-aħħar jiem.
Mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li l-akbar ammont ta' każi ġodda qed jibqgħu jinstabu fost qraba ta' persuni pożittivi għall-virus u anke mill-postijiet tax-xogħol.
Fil-fatt, ilbieraħ kien hemm 25 każ ta' qraba ta' persuni pożittivi għall-virus, filwaqt li tliet każi rriżultaw fost kollegi.
Kien hemm ukoll 10 każi ta' persuni li nstabu pożittivi wara li kellhom kuntatt dirett ma' persuni oħra pożittivi.
B'kollox, minn meta feġġet il-pandemija, f'Malta kien hawn 9,004 każi. 113-il persuna mietu filwaqt li fiequ 6,831.