Mill-Ħadd tkompli tingħata t-tilqima kontra l-influwenza
B'kollox se jaslu 100,000 elf doża oħra tat-tilqima
More in Politika
B'kollox se jaslu 100,000 elf doża oħra tat-tilqima
Mill-Ħadd li ġej, fiċ-ċentri tas-saħħa, se tkompli tingħata t-tilqima kontra l-influwenza.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne hekk kif konsenja oħra tat-tilqima se tasal Malta llejla.
B'kollox se jaslu 100,000 elf doża tal-vaċċin.
Din il-konsenja kellha tasal kmieni dan ix-xahar, iżda għal xi raġuni, li għaliha baqgħet ma ngħatatx raġuni, din ma waslitx.
L-ewwel konsenja ta' 100,000 doża waslet ix-xahar li għadda u ngħatat l-ewwel lill-anzjani, tfal żgħar u persuni b'mard kroniku.
2nd batch of #Influenza vaccine (another 100,000) starts arriving in Malta this evening. Free vaccination resumes from #Health Centers from this Sunday.
— Chris Fearne (@chrisfearne) November 25, 2020
Fil-fatt, mill-Ħadd li ġej, sal-Ħadd ta' wara se tingħata prijorità lil dawk li għandhom minn 55 sena 'l fuq u lill-persuni li jbatu minn mard kroniku u li ma laħqux ħadu t-tilqima x-xahar li għadda.
It-tfal ta’ bejn 3 u 5 snin, u tfal sa 9 snin li jbatu b’mard kroniku jistgħu jirċievu l-vaċċin miċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Floriana, Paola u Għawdex bejn it-8am u s-7pm.
It-tfal ta’ bejn 3 u 5 snin, u tfal sa 9 snin li jbatu b’mard kroniku jistgħu jirċievu l-vaċċin miċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Floriana, Paola u Għawdex bejn it-8am u s-7pm.
Nhar is-Sibt li ġej se tingħata lill-anzjani residenti f'dawk id-djar residenzjali li ma laħqux ħadu t-tilqima.
Minn wara, t-tilqima tkun disponibbli għall-bqija.
L-awtoritajiet tas-saħħa qed jenfasizzaw biex kemm jista' jkun persuni jieħdu l-influwenza anke biex tonqos il-pressjoni fuq is-sistema tas-saħħa li bħalissa qed tissielet ukoll kontra l-pandemija tal-Covid-19.