Iktar minn 4,000 persuna bħalissa jinsabu fi kwarantina minħabba l-Covid-19
Charmaine Gauci taċċerta li fl-Isptar Good Samaritan qed jiġu osservati r-regoli relatati mal-Covid-19
More in Politika
Charmaine Gauci taċċerta li fl-Isptar Good Samaritan qed jiġu osservati r-regoli relatati mal-Covid-19
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet illi bħalissa hawn madwar 4,000 persuna li tinsab fi kwarantina minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Hija appellat lill-pubbliku u lill-midja biex jitkellmu ma' dawk li qed jiffaċċjaw din il-pandemija fl-isptarijet u anke dawk il-familji li jew esperjnzaw mwiet jew inkella jinsabu fi kwarantina - sabiex jifhmu aħjar is-serjetà ta' dan il-virus.
Gauci qalet illi qed isiru spezzjonijiet f'diversi djar, inkluż fl-Isptar Good Samaritan li tinsab f'Buġibba. Hija qalet illi qed jinżamm kuntatt ukoll mal-familji, filwaqt li l-ispezzjonijiet ikkonfermaw li f'din id-dar qed jiġu osservati r-regoli relatati mal-Covid-19, inkluż l-ispazji bejn sodda u oħra.
Charmaine Gauci qalet li fl-aħħar ġimgħa n-numri baqgħu għoljin għalkemm qalet ukoll li hemm stabbilità, bil-każi jibqgħu dejjem madwar il-100 każ kuljum.
Gauci qalet illi minn 810 test rapidu li sar fl-ajruport, ħamsa rriżultaw fil-pożittiv.
Hija qalet illi bħalissa hemm 194 persuna li hija pożittiva u li qed tieħu kura fi sptar madwar il-pajjiż. Hija qalet illi fl-ITU hemm 20 pazjent, ħamsa minnhom huma rikoverati, 10 fl-Infectuous Diseases Unit, 38 f'wards oħrajn madwar l-isptar, 22 fl-Isptar Boffa, 18 fl-Isptar St.Thomas, disa' każi fl-Isptar Karin Grech, 71 fl-Isptar Good Samaritan u sitt persuni fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex - inkluż persuna fl-ITU.
Gauci qalet li fid-djar tal-anzjani l-każi qed jiżdiedu għalkemm mhux bl-istess rata li kienet qed tinxtered il-Covid-19 fi djar bħal ta' San Ġużepp fil-Fgura, ġimgħat ilu Hija qalet illi b'kollox hemm seba' djar tal-anzjani li fihom hemm imxija tal-virus bħalissa.