Defiċit ta' €1.2 biljun sal-aħħar ta' Ottubru - NSO
Ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru żieda qawwija fl-ispejjeż u inqas dħul, fl-ewwel 10 xhur tas-sena
More in Politika
Ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru żieda qawwija fl-ispejjeż u inqas dħul, fl-ewwel 10 xhur tas-sena
Sal-aħħar ta' Ottubru 2020, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-Gvern kien qed jirresġistra defiċit ta' €1.2 biljun.
Bejn Jannar u Ottubru d-dħul rikorrenti tal-Gvern kien jammonta għal €3.3 biljun li huwa 15.8% inqas mill-istess dħul irreġistrat fl-aħħar ta' Ottubru tas-sena l-oħra. L-ikbar tnaqqis kien reġistrat mit-Taxxa tad-Dħul fejn id-dħul naqas b'€221.7 miljun - li jirrifletti t-tnaqqis fid-dħul ta' eluf ta' ħaddiema u kumpaniji, kważi €157 miljun inqas fi dħul minn VAT, li jirrifletti t-tnaqqis fil-bejgħ u €88.1 miljun inqas minn għotjiet.
Minn naħa l-oħra it-total tal-infieq totali fl-ewwel 10 xhur tas-sena kien €4.5 biljun, jew 16% ogħla meta mqabbel mas-sena ta' qabel, filwaqt li d-dħul rikorrenti żdied b'€332.6 miljun għal kważi €3.7 biljun.
Il-kontributur ewlieni għal din iż-żieda kienu €186.5 miljun taħt Programmi u Inizjattivi u żieda ta' €92.5 miljun f'kontribuzzjonijiet lill-entitajiet tal-Gvern. Iż-żidiet f'dak li jirrigwarda Programmi u Inizjattivi inqasmet f'benefiċċji soċjali (+€67.1 miljun), €14.5 miljun aktar fuq benefiċċji relatati mal-Covid-19, €45.3 miljun fl-iskema tal-vouchers, €49.5 miljun aktar fi spejjeż relatati ma' mediċini u materjal kiruġiku u żieda ta' €22 miljun lill-iskejjel tal-Knisja, fost oħrajn.