Illum tħabbru 121 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li 108 pazjenti ġew ikkonfermati mfejqa.
Dan ifisser li issa l-każi attivi f'Malta jlaħħqu l-2,071.
Ilbieraħ saru 3,091 test.
Mill-143 każ imħabbra lbieraħ, 22 kienu fost qraba ta' pazjenti bil-Covid-19 filwaqt li erba' kienu kollegi. Kien hemm ukoll żewġ każi ta' persuni li ġew f'kuntatt ma' persuni pożittivi għall-virus.
Dan ifisser li l-maġġoranza tal-każi jibqgħu sporadiċi, jiġifieri każi ġodda fejn il-pazjenti ma jkunux jafu minn fejn setgħu ġew infettati.
Intant, dalgħodu tħabbret il-mewt ta' erba' anzjani oħra biex hekk issa l-għadd tal-vittmi tela' għal 133.