Illum l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 102 każi ġodda ta' Covid-19, filwaqt li kkonfermaw imfejqa 83 pazjent.
Dan ifisser li l-każi attivi issa huma 2,086.
Ilbieraħ saru 2,768 test.
Mill-każi imħabbra lbieraħ, 22 kienu fost qraba ta' pazjenti bil-Covid-19 filwaqt li sebgħa kienu kollegi.
Kien hemm ukoll żewġ każi ta' persuni li ġew f'kuntatt ma' persuni pożittivi għall-virus, tliet każi li żviluppaw minn ġemgħat soċjali filwaqt li kien hemm disa' każi importati.
Illum tħabbret ukoll il-mewt ta' erba' persuni.