F’ħames snin, bejn l-2015 u l-2020, id-Dwana Maltija rnexxielha tinterċetta 17,500 kilogramma ta’ droga li l-valur tagħhom jaqbeż il-€110 miljun.
B’kollox, id-Dwana interċettat:
- 16,385 kilogramma kannabis
- 1,142 kilogramma kokaina
- 5.4 kilogramma khay
- 2.6 kilogramma ta’ droga sintetika
- 2.4 kilogramma eroina
- 404 pillola ecstasy.
Matul l-2018 biss, madwar 1.3 miljun sejba ġew irrapportati fl-Ewropa, bil-kannabis tkun l-aktar droga komuni li nstabet matul fik is-sena. Fil-fatt, fl-2018, inqabdu 668 tunellata ta’ kannabis.
Il-kwantità ta’ kokaina li ġiet maqbuda fl-Unjoni Ewropea wkoll laħqet l-ogħla livelli tagħha fl-2018 hekk kif instabu xejn inqas minn 181 tunellata.
Figuri li ġew ippreżentati fil-Parlament juru kif matul is-snin tressqu l-Qorti għadd ta’ persuni akkużati bi traffikar:
- 118 fl-2015
- 108 fl-2016
- 60 fl-2017
- 107 fl-2018
- 164 fl-2019
- 65 fl-2021
Oħrajn tressqu l-Qorti akkużati b’pussess:
- 408 fl-2015
- 659 fl-2016
- 634 fl-2017
- 506 fl-2018
- 387 fl-2019
- 117 fl-2020
Aqra aktar fid-dettall dwar il-ħidma li twettaq id-Dwana u kif topera f'dawn il-każi.