In-numri tal-Covid-19 illum kienu aktar pożittivi hekk kif minn 2,909 testijiet kienu 79 dawk li rriżultaw fikl-po'żittivi li huwa inqas mill-ammonti li kienu qed jiġu rreġistrati fl-aħħar ġimgħat b'aktar minn 100 każ kuljum.
Intant fl-istess perjodu fiequ 79 persuna oħra.
Dan apparti li fl-aħħar 24 siegħa mietu wkoll tliet anzjani oħra filwaqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Il-każi attivi issa huma ta' 1,898 - biex minn Marzu kien hawn b'kollox 10,778 każ ta' Covid-19 fil-pajjż b'8,720 minnhom ifiequ u 160 każ ta' persuni li tilfu ħajjithom.