'Il-Gvern qed jipprova joħnoq il-professjoni legali' - Jason Azzopardi

Jisħaq li l-Oppożizzjoni ma taqbilx mal-Abbozz ta’ Ligili jirregola l-professjoni legali u li tressaq din il-ġimgħa mill-Ministru tal-Gustizzja

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja, Jason Azzopardi saħaq li l-Oppożizzjoni  ma taqbilx mal-Abbozz ta’ Ligi li jirregola l-professjoni legali li ġie ppublikat din il-ġimgħa mill-Ministru tal-Gustizzja. 

FI kliem Azzopardi, dan l-Abbozz ta’ Liġi jikkonferma kemm dan il-Gvern għadu jrid jaħtaf l-istituzzjonijiet.

"Issa jmiss li jipprova joħnoq il-Kumitat tal-Kamra tal-Avukati bil-konsegwenza li jipprova jaħkem u joħnoq il-professjoni legali. Dan billi fost l-oħrajn il-maġġoranza tal-membri ta’ dan il-Kumitat jinħatru mill-Gvern u billi jirrifjuta li jagħtih l-għodda sabiex jiffunzjona kif suppost sabiex isaħħaħ l-istess professjoni legali," insista d-Deputat.

Insista li għall-Oppożizzjoni, l-indipendenza tal-professjoni legali hija ħolqa essenzjali fil-katina demokratika u fit-tessut legali tal-pajjiż.

"Mingħajr professjoni legali indipendenti tassew, mhux fid-deher biss, ma jistax ikollna saltna tad-dritt," kompla l-kelliem.

Saħaq li l-Oppożizzjoni lesta u disposta tiltaqa’ mal-Gvern biex isiru diskussjonijiet importanti u ġenwini dwar il-qasam tal-ġustizzja iżda insista li sa issa l-Gvern qatt ma wera rieda tajba fuq din

"L-Oppożizzjoni mhi se taċċetta qatt li l-Gvern jaħkem, joħnoq u joqtol l-indipendenza tal-professjoni legali billi anki hawn jaddotta kultura ta’ xejn mhu xejn," temmet tgħid l-istqarrija.

More in Politika