Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li erba’ anzjani oħra mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 92 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long Term Care.
Fit-tieni każ, anzjana ta’ 66 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-23 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, anzjana ta’ 85 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Diċembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fir-raba’ każ, anzjan ta’ 91 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-3 ta’ Diċembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei
Dan ifisser li t-total tal-persuni li tilfu ħajjithom bil-Covid-19 huwa ta' 164.