Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar il-mewt ta' tliet anzjani li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 79 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-30 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjana ta’ 90 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-3 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ, anzjana ta’ 75 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
L-għadd tal-vittmi issa tela' għal 180.