Imutu żewġ anzjani oħra bil-Covid-19

Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi issa tela' għal 222

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 73 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-25 ta’ Diċembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ, anzjana ta’ 81 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-2 ta’ Jannar, mietet dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, qed jappella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni, fosthom id-distanza soċjali, l-ilbies tal-maskra u l-ħasil tal-idejn.

Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi issa tela' għal 222.

More in Politika