L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 148 każ ġdid ta' Covid-19 hekk kif ilbieraħ saru 2,915-il test.
Apparti minn hekk, fiequ 111-il persuna.
Il-każi attivi tal-Covid-19 f'Malta telgħu għal 1,622 każ.
Mill-każi mħabbra lbieraħ, kien hemm 17-il każ fost qraba u erba' persuni li ħadu l-virus mingħand kollegi.
Kien hemm ukoll żewġ każi ta' persuni li ġew f'kuntatt ma' persuni pożittivi, filwaqt li kien hemm ukoll ħames persuni li ħadu l-virus minn attivitajiet soċjali li attendew għalihom.
Aqra wkoll: