Il-każi attivi tal-Covid-19 f'Malta jitilgħu għal 2,601
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 189 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 107 pazjent.
Dan ifisser li l-każi attivi issa jlaħħqu l-2,601 każ.
Ilbieraħ saru 3,405 test.
Mill-240 każ imħabbra lbieraħ, 45 kienu qraba ta' pazjenti pożittivi u 15 ħadu l-virus mingħand kollegi.
Kien hemm ukoll sitt persuni li ġew f'kuntatt dirett ma' persuni pożittivi u 15-il każ li żviluppaw minn ġemgħat soċjali.