Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija wara r-riżenja ta' Gavin Gulia ftit biss aktar minn 24 siegħa wara li kien elett Deputat, qal li dak li għamel Robert Abela llum juri kemm "jinteressah biss mll-interessi partiġġjani tiegħu u tal-Partit Laburista ... u waqqa' għaż-żufjett l-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna b'deputat parlamentari tiegħu rriżenja ftit sekondi wara li ħa l-ġurament tal-ħatra."
Gulia ħa l-ġurament u rriżenja, wara li kien elett f'elezzjoni każwali lbieraħ biex issa l-Partit Laburista għandu quddiemu l-għażla ta' co-option ta' persuna magħżula minnu.
"Ħadd ma jemmen li Robert Abela u Gavin Gulia ma kellhomx kollox ippjanat minn qabel ma wettqu x-xeneġġjata li wettqu llum bl-ikbar disprezz lejn ir-rieda u l-għażla tal-votanti," qal il-PN.