Oliver Scicluna li jmexxi l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni mistenni jieħu post Gavin Gulia fil-Parlament, qed jingħad f'diversi rapporti li qed iduru bħalissa. Gavin Gulia rriżenja wara li lbieraħ kien elett f'elezzjoni każwali u llum rriżenja ftit wara li ħa l-ġurament tal-ħatra.
Minkejja diversi attentati minn dan is-sit ma setax ikun stabbilit kuntatt.
Scicluna ilu jmexxi l-qasam tad-diżabilità imma fil-fatt qatt ma kien involut direttament fil-politika in ġenerali u lanqas - sa fejn hu magħruf - fil-Partit Laburista. Scicluna huwa meqjus bħala pijunier fil-qasam tad-diżabilità u fl-aħħar snin kien ukoll qed jagħti pariri lill-Gvern fuq il-politika tiegħu dwar il-qasam.