Skont l-aħħar ċifri tal-awtoritajiet tas-saħħa, sal-bieraħ kienu ġew imlaqqma 13,000 persuna b'kollox bil-vaċċin kontra l-Covid-19, jiġifieri 1,300 tilqima f'24 siegħa. Sa' nhar it-Tnejn kienu ġew imlaqqma 11,700 persuna.
Intant fl-aħħar 24 siegħa wkoll irriżultaw 200 każ ġdid tal-virus, minn 3,481 swab test, filwaqt li 148 persuna fieqet.
Dan ifisser illi bħalissa Malta għandha 2,835 każ attiv ta' Covid-19, b'total ta' 15,942 każ ta' Covid-19 minn Marzu li għadda, li minnhom 12,865 fiequ mill-Covid-19.
Intant fl-aħħar 24 siegħa wkoll tilfet ħajjitha persuna oħra li kienet pożittiva għall-virus - anzjana ta' 84 sena.