Larry King, preżentatur fuq l-istazzjon tal-aħbarijiet CNN, għal snin twal - magħruf għall-istil partikolari tiegħu - miet fl-età ta' 87 sena, filwaqt li kien pożittiv għall-Covid-19. Hu kien iddaħħal pożittiv għall-virus fl-Isptar ta' Los Angeles lejn l-aħħar ta' Diċembru u kien ibati minn diversi kundizzjonijet mediċi oħrajn.
King kien imexxi l-programm Larry King Live għal 25 sena.
Messaġġ fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook kkonferma l-mewt, filwaqt li fakkar illi x-xandar ħadem f'diversi radji u stazzjonijiet għal 63 sena sħaħ. "L-eluf ta' intervisti, awards u fama globali huma xhieda tat-talent uniku ta' dan ix-xandar," jgħid il-messaġġ.
King twieled bl-isem Lawernce Zeiger fi Brooklyn, New York u beda l-karriera tiegħu bħala ġurnalist wara li mar jgħix Florida. Hu ppreżenta l-ewwel programm tar-radju fl-1957 u biddel ismu għal Larry King sentejn wara.
Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum....