'Jittieħed vot favur applikazzjoni fix-Xlendi mingħajr konsultazzjoni' - Graffitti

Il-Moviment Graffitti jinsisti li "ttieħed vot favur applikazzjoni fix-Xlendi qabel ir-residenti u l-Kunsill Lokali tħallew jagħmlu l-intervent tagħhom."

Imaġini tal-iżvilup fix-Xlendi
Imaġini tal-iżvilup fix-Xlendi

Il-Moviment Graffitti - f'messaġġ fuq Facebook - żvela li l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) għadha kif ​approvat l-ewwel fażi ta’ applikazzjoni ta’ żvilupp fix-Xlendi.  L-għaqda qalet illi din l-applikazzjoni ġiet approvata mingħajr il-konsultazzjoni tar-residenti u l-Kunsill Lokali.

Moviment Graffitti qal li l-PA ġġustifikat l-approvazzjoni tal-applikazzjoni attwali minħabba li tinvolvi biss it-twaqqigħ tas-sit.

Madankollu, Graffitti qal li din kienet manuvra biex tagħti aktar opportunità lill-proġett biex iseħħ. Il-vot, komplew Graffitti, ittieħed saħansitra qabel ma' numru ta' residenti u l-Kunsill Lokali setgħu jagħmlu l-interventi tagħhom kontra l-applikazzjoni.

L-istess applikazzjoni hija mmexxija mill-kuntrattur Għawdxi magħruf Joe Portelli u ż-żewġ imsieħba tiegħu, Mark Agius u Daniel Refalo. L-iżvilupp huwa madwar 13-il sular għoli u jikkonsisti f'lukanda, appartamenti u uffiċini.

⚠️ BREAKING ⚠️ Jittieħed vot favur applikazzjoni fix-Xlendi qabel ma r-residenti u l-Kunsill Lokali jitħallew jagħmlu...

Posted by Moviment Graffitti on Tuesday, 26 January 2021

Ġew ippreżentati aktar minn 120 oġġezzjoni, iżda dawn kollha - itemm jgħid il-Moviment Graffitti -  ġew injorati mill-PA.

 

 

More in Politika