Kważi 4,000 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin
Żewġ persuni oħra, li għandhom 81 u 88 sena mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19, biex b'kollox 269 sfaw vittma tal-virus.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 124 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 141 pazjent.
Il-każi attivi issa huma 2,657.
Sal-bieraħ, 3,948 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19.