Konrad Mizzi mill-ġdid interrogat mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali

L-eks Ministru Laburista mill-ġdid imsejjaħ mill-Pulizija għal interrogazzjoni

L-eks Ministru Konrad Mizzi, intervistat mill-gazzetta ILLUM | Ritratt: James Bianchi
L-eks Ministru Konrad Mizzi, intervistat mill-gazzetta ILLUM | Ritratt: James Bianchi

L-eks Ministru Konrad Mizzi se jkun qed jiġi interrogat mill-ġdid mill-pulizija matul il-ħinijiet ta' wara nofsinhar mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. 

Konrad Mizzi kien is-sid ta' waħda mill-kumpaniji fil-Panama, marbutin ma' 17 Black  - kumpanija ta' Yorgen Fenech - u li minnha kellhom jgħaddu mal-$2 miljun fl-ewwel sena minn operazzjonijiet ta' turiżmu u skart minn pajjiżi bħall-Bangladesh, l-Indja u l-Afrika ta' Isfel.  Mizzi ppresieda fuq diversi kuntratti kontroversjali fosthom il-Vitals Global Healthcare  - li rat din il-kumpanija bla esperjenza fil-qasam tingħata il-konċessjoni ta' tliet sptarijiet pubbliċi, kif ukoll il-kuntratt għall-Wind Farm fil-Montenegro.

 

More in Politika