'Inkomplu nlaqqmu kemm nifilħu u nżommu l-kawtela anke matul Marzu' - Abela
Il-Prim Ministru Robert Abela jinsisti li f'Marzu l-pajjiż jibda l-ewwel passi għall-irkupru ekonomiku
More in Politika
Il-Prim Ministru Robert Abela jinsisti li f'Marzu l-pajjiż jibda l-ewwel passi għall-irkupru ekonomiku
Meta kien qed iwieġeb l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti l-PM Robert Abela qal illi l-Gvern għadu qed jara li f'Marzu bil-mod, il-mod jerġa' jibda l-irkupru ekonomiku tal-pajjiż. Abela qal illi biex dan isir "irridu inkomplu nlaqqmu kemm nifilħu u nżommu l-kawtela" filwaqt li indika illi f'Marzu wkoll il-Gvern se jżomm tali kawtela u mhux ineħħi l-miżuri kollha li tħabbru fl-aħħar sena. "Jeħtieġ nikkonsolidaw il-momentum u ma nippreġudikawx dak li ksibna," qal il-Prim Ministru.
Sal-lum ngħataw b'kollox 57,683 doża ta' vaċċin, bi 18,536 jingħataw it-tieni doża wkoll.
Abela semma' wkoll il-kummenti mit-tobba tal-Infectuous Diseases Unit li nnutaw tnaqqis fin-numru ta' pazjenti anzjani li qed jiddaħħlu l-Isptar kemm ilu li beda l-programm ta' vaċċinazzjoni.
Intant il-PM Robert Abela qal li dwar Rosianne Cutajar u l-akkużi li irċeviet flus minn senserija għal bejgħ ta' proprjetà lil Yorgen Fenech - hu se jiddeċiedi ladarba l-Kummissarju tal-istandards ikun ikkonkluda linvestigazzjonijiet tiegħu. Il-PM Abela saħaq li hu jieħu azzjoni u jiddeċiedi: "Serraħ rasek li jiena d-deċiżjonijiet dejjem ħadthom," qal waqt li indirizza lill-ġurnalista preżenti, "illi jiena niddeċiedi mhux bħal Bernard Grech.
Abela fil-fatt qal illi kuntrarjament għalih il-Kap tal-Oppożizzjoni, meta kellu indaġni dwar Jason Azzopardi u kellu jiehu passi dixxiplnarji, "tefaghha taht it-tapit."