Bħalissa fl-Isptarijiet hemm 149 persuna minħabba l-Covid-19, bi tnaqqis notevoli fid-Dar tas-Samaritan it-Tajjeb f'Buġibba, li tiġi hekk kif aktar anzjani qed jingħataw il-vaċċin. Dan ħabbritu is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci illum fil-Konferenza tal-Aħbarijiet ta' kull ġimgħa, illi fiha ħarset ukoll lejn is-sitwazzjoni tal-proċess tal-vaċċinazzjoni f'pajjiżna.
B'kollox hemm 16-persuni fl-ITU, 10 fl-Infectuous Diseases Unit, 50 pazjenti fi swali oħrajn, 10 persuni fl-Isptar Boffa, 13 fl-Isptar St. Thomas, tlieta Karin Grech, 23 fl-Isptar Samaritan it-Tajjeb (kollha anzjani), sebgħa fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u 17 f'Monte Carmeli.
Intant saru b'kollox 1,197 raid test fl-ajruport li minnhom irriżultat persuna waħda biss pożittiva għall-Covid-19. Din kienet qed tasal Malta, mill-Ġermana.