Il-Kummissarju tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma jibqax taħt 'police bail'
Marvin Gaerty kien interrogat mill-Pulizija minħabba chats partikolari ma' Yorgen Fenech ...
More in Politika
Marvin Gaerty kien interrogat mill-Pulizija minħabba chats partikolari ma' Yorgen Fenech ...
Il-Kummissarju tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni Marvin Gaerty ma għadux taħt police bail, ikkonfermaw l-avukati tiegħu mas-sit maltatoday.
Gaerty ingħata l-ħelsien mill-arrest f'Diċembru wara li kien iffaċċjat b'mistoqsijiet dwar messaġġi bejnu u Yorgen Fenech, akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. L-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia ikkonfermaw illi Gaerty kien interrogat mid-Dipartiment tar-Reati fil-Korp tal-Pulizija.
Gaerty fil-fatt kellu l-mowbajl skrutinizzat b'konverżazzjoni partikolari tagħti l-impressjoni li kienet qed issir pressjoni, wara li l-awtoritajiet tal-VAT sabu irregolaritajiet fi spezzjoni li kienu għamlu fl-uffiċini ta' Yorgen Fenech f'Portomaso. In-negozjant, sussegwentement kien ħallas multa amministrattiva.
Il-pulizija kienu rrappurtati jgħidu illi l-mowbajl ta' Gaerty huwa 'kaxxa ta' pandora' u li l-pulizija kienu qed jistennew l-awtorizzazzjoni tal-Prim Ministru biex jipproċedu fir-rigward tal-mowbajl ta' Gaerty, xi ħaġa li l-Gvern kien ċaħad. Kien ġie rrappurtat ukoll li Abela kien ikkuntattja lil Gaerty biex javżah jew jiċċekkja dwar l-investigazzjoni tad-Dipartiment fil-kwistjoni ta' ħlas ta' taxxa minn Bernard Grech, wara storja żvelata fuq il-gazzetta ILLUM. Abela kien ċaħad li pprova jinfluwenza dan il-proċess b'xi mod u sostna illi meta tkellem ma' Gaerty dwar il-kwistjoni tat-taxxa ta' Grech, l-investigazzjoni kienet diġa' spiċċat