Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-varjant Ingliż tal-Covid-19 kien responsabbli għal 8% tal-każi ġodda fl-aħħar ġimgħa.
Dan il-varjant Ingliż tal-Covid-19 jinxtered aktar malajr mill-virus normali iżda ma jidhirx li hu aktar perikoluż. Sa issa kollox jindika li l-vaċċin disponibbli jaħdem kontra dan il-varjant ukoll.
Fearne kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet meta tkellem ukoll dwar iż-żieda tal-każi l-ġodda fl-aħħar jiem.
Qal li l-każi żdiedu primarjament għax qed ikunu inklużi wkoll ir-riżultati tar-rapid tests. Sa issa dawn ma kinux qed ikunu inklużi qabel ma jsir swab test normali biex jikkonferma r-riżultat.
Qal ukoll li l-każi qed jiżdiedu għax diversi persuni mhux qed isegwu biżżejjed il-miżuri tad-distanza soċjali.
Aqra aktar: