Il-Covid-19 kompliet tinxtered b'rekord ta' każi rreġistrati llum, anke jekk il-proċess ta' vaċċinazzjoni qabad art u sa issa ingħataw kważi 74,000 doża, bi 23,395 jieħdu t-tieni doża wkoll. Imma minn fejn qed jinxtered il-virus?
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet illi l-akbar clusters jibqgħu fid-djar fejn persuna jkollha l-Covid-19, ġemgħat u attivitajiet soċjali, postijiet tax-xogħol u edukazzjoni. Dwar tal-aħħar Gauci qalet illi f'istituzzjonijiet edukattivi l-cluster huwa wieħed żgħir.
Fost l-anzjani Gauci qalet illi kien hemm tnaqqis ċar ta' każi, bi ftit biss każi f'xi djar tal-anzjani. Naturalment dan minħabba li fost dan il-grupp tal-popolazzjoni ħafna diġà ħadu d-doża tal-vaċċin.