Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci kkonfermat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar miżuri ġodda li jirriflettu l-imxija tal-Covid-19 fl-aħħar jiem. Hija reġgħet sostniet li r-raġuni prinċipali għal din iż-żieda jibqa' l-varjant tal-virus li huwa mifhum illi jittieħed minn persuna għall-oħra ħafna iktar malajr.
Ilbieraħ kienu rreġistrati 336 każ ġdid u llum kienu rreġistrati 233, b'total ta' 162 persuna li fieqet.
Is-Supretedent Tas-Saħħa Pubblika sostniet meta kienet qed twieġeb mistoqsijiet minn The Times illi kull miżura jkollha l-effett tagħha u qalet illi dwar l-iskejjel l-awtoritajiet qed jippruvaw jagħmlu l-almu tagħhom biex dawn ikunu protetti. Fakkret iżda illi f'każ ta' student li jkun pożittiv ikollok klassi sħiħa li trid tibqa' d-dar fi kwarantina, xi ħaġa li qed twassal biex ħafna nies ikunu fi kwarantina bħalissa.
Intant sa issa huma 84,129 persuna li nagħataw doża tal-vaċċin kontra l-virus, b'29,748 jingħataw it-tieni doża wkoll.
Fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra li kienu pożittivi għall-Covid-19, anzjan ta' 84 sena u anzjana ta' 86 sena biex it-total ta' nies li tilfu ħajjithom fl-aħħar sena kien ta' 321.