Jingħataw l-ewwel dożi tal-vaċċin Johnson&Johnson ... doża waħda biss meħtieġa

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) ħabbret laqgħa għal nhar il-11 ta' Marzu biex 'jekk possibbli, tikkonkludi l-evalwazzjoni'

F'Ohio, fl-Istati Uniti, mara ta' 86 sena, għadha kif ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin Johnson&Johnson.  Kuntrarjament għall-vaċċin li għandna disponibbli f'Malta sa issa, dan il-vaċċin jirrikjedi doża waħda mhux tnejn.

Intant l-Unjoni Ewropea kienet ukoll minn tal-ewwel li għamlet kuntratt ma' Johnson&Johnson għal 400 miljun doża.  L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) ħabbret laqgħa biex tevalwa l-vaċċin għall-COVID-19 żviluppat minn Janssen, diviżjoni ta' Johnson&Johnson.  L-għan ta' din il-laqgħa li se tkun qed issir nhar il- Ħamis 11 ta' Marzu se tkun "jekk possibbli, tikkonkludi l-evalwazzjoni"

 

 

More in Politika