In-negozji l-agħar milquta mill-pandemija se jirċievu s-suppliment tal-paga sal-aħħar tas-sena
5,000 persuna tilfu x-xogħol tagħhom minħabba l-pandemija u minn dawn 400 għadhom ma sabux impjieg
More in Politika
5,000 persuna tilfu x-xogħol tagħhom minħabba l-pandemija u minn dawn 400 għadhom ma sabux impjieg
Dawk in-negozju l-agħar milquta mill-pandemija tal-Covid-19 u l-miżuri biex jikkontrollaw l-imxija, mistennija jibqgħu jibbenfikaw mill-iskema għas-suppliment tal-paga sal-aħħar tas-sena.
Ħabbret dan il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Dalli spjegat kif dawn in-negozji se jkunu qed jibbenefikaw mill-iskema sħiħa, jiġifieri €800 għal kull impjegat. Kollox se jkun qed jiddependi mit-telf li n-negozju jkun għamel tul il-pandemija.
Il-Ministru spjegat kif anke l-impjegati li jkunu bdew jaħdmu minn wara Marzu 2020 se jkunu qed jibbenefikaw għal din l-iskema.
"Sadanittant, fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed inħabbru aktar miżuri u inizjattivi biex innaqqsu d-dipendenza ta’ dawn il-kumpaniji fuq is-suppliment tal-paga,” spjegat Dalli.
Spjegat ukoll kif minn dan ix-xahar, 850 kumpanija u 870 persuna li jaħdmu għal rashom qed jirċievu għajnuna biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ħlas tal-kera, bħala parti minn skema li għaliha hemm allokati t-€12-il miljun.
Qalet li dawn in-negozji joffru 14,000 impjieg f’Malta u 900 f’Għawdex.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana saħaq li fl-2020, il-Gvern investa €360 miljun fis-suppliment tal-paga. Madwar €200 miljun oħra se jkunu qed jitqassmu wkoll fid-disa’ xhur li ġejjin.
Spjega kif 5,000 persuna tilfu x-xogħol tagħhom minħabba l-pandemija u minn dawn madwar 400 għadhom ma sabux xogħol jew qed jirreġistraw.