Il-Ministru responsabbli mir-riformi, Owen Bonnici, ressaq quddiem il-Parlament ir-riforma tal-kannabis proposta mill-Gvern.
Fuq Twitter, Bonnici saħaq li dan l-Abbozz “se jkun qed jistabbilixxi qafas legali ġdid dwar l-użu responsabbli tal-kannabis.”
Huwa qal li din ir-riforma tal-Gvern turi l-impenn tiegħu li jwettaq bidla progressiva fil-pajjiż.
Il-Gvern qed jipproponi li pussess ta’ inqas minn seba’ grammi kannabis għall-użu personali ma jibqax meqjus bħala reat kriminali.
Jipproponi wkoll lil għal dawk li jinqabdu b’aktar minn seba’ grammi imma inqas minn 28 gramma, ma jispiċċawx quddiem il-Qorti kriminali imma jidhru quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja.
Il-White Paper li kien ippreżenta l-Gvern tipproponi wkoll li persuna tkun tista’ tkabbar sa erba’ pjanta tal-kannabis fid-dar.