Is-servizz tas-saħħa pubblika kompla ra l-ingaġġ ta’ 122 infermier u 14-il qabla din is-sena. Mill-122 infermier ġdid, 114 huma żgħażagħ li għadhom kif iggradwaw mill-Università ta’ Malta kif ukoll mill-Università ta’ Northumbria.
Waqt żjara lil uħud minn dawn l-infermiera ġodda fl-Isptar Mater Dei, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fakkar li l-iżjed riżors importanti għal servizz tas-saħħa eċċellenti huwa r-riżors uman. Huwa saħaq li l-ingaġġ ta’ dawn l-għexieren ta’ professjonisti ġodda se jippermetti lill-awtoritajiet għas-saħħa jagħtu iżjed servizzi lill-pazjenti, iżidu l-operazzjonijiet u jżidu l-kapaċità tal-iswali tal-Isptar Mater Dei.