Mill-Kamra | X'inhu xogħol l-Ispeaker? U l-Whips x'jagħmlu eżatt?

L-ewwel ħarsa lejn ħidmet il-Parlament - U għada nibdew nevalwaw ħidmet il-Parlament Malti fuq il-Programm Mill-Kamra

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia jwieġeb il-mistoqsijiet tal-programm ġdid Mill-Kamra, li jitratta ħidmet il-Parlament, il-mozzjonijiet mressqsa, il-Mistoqsijiet Parlamentari u dak kollu li r-rappreżentanti tiegħek qed jagħmlu fil-Parlament. Mill-Kamra jixxandar kull nhar ta' Ħamis fis-6:30 p.m fuq TVMNews+.

Fl-ewwel programm, li deher il-ġimgħa l-oħra - qabel ma kien għadu fetaħ il-Parlament - Mill-Kamra tkellem mal-Ispeaker dwar il-ħidma tiegħu u tal-Parlament, kif ukoll mal-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Glenn Bedingfield u dak Nazzjonalista Robert Cutajar. 

Il-programm ta l-ewwel ħarsa lejn il-ħidma tal-Membri Parlamentari Ewropej Maltin ukoll! Intant għada fis-6:30 p.m fuq TVMNews+ il-programm se jiddiskuti: Il-100 sena mill-Parlament bil-kummenti li taw Andrew Azzopardi u L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia, fost oħrajn. Il-Parlament taż-Żagħżagħ, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u dak li qalu numru ta' parteċipanti kif ukoll il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Tal-Monti, diskussi f'wieħed mill-ewwel abozzi bil-kummenti u reazzjoni tal-Ministru Silvio Schembri u d-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo.

 

More in Politika