Illejla Repubblika tlaqqa' lin-nies quddiem Kastilja fi protesta kontra l-Gvern

L-għaqda qed tesiġi li Konrad Mizzi jiġi interrogat mill-Pulizija 

Illejla l-Għaqda Repubblika se tkun qed torganizza konferenza quddiem Kastilja wara ġranet illi matulhom membri tal-Għaqda kkampjaw quddiem il-kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana. 

Il-protesta se tkun qed issir hekk kif Repubblika qed titlob li l-eks Ministru Laburista Konrad Mizzi jkun investigat mill-pulizija fuq diversi akkużi li saru fil-konfront tiegħu. Repubblika sostniet illi huwa diżrispett assolut ta' Mizzi li ma jidhirx quddiem il-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet Pubbliċi, li qed jitlob sabiex Mizzi joqgħod għall-mistoqsijiet tal-membri dwar il-kuntratt tal-Power Station li taħdem bil-gass, li titmexxa minn Electrogas. 

Yorgen Fenech - li huwa wkoll sid tal-kumpanija 17 Black - kien direttur tal-Electrogas, bl-akkużi jkunu illi f'17 Black kienu daħlu $1.6 miljun, $1.4 miljun minn Rufat Bartzada - persuna mhux magħrufa u rreġistrata bħala security - u l-bqija mill-aġent tat-tanker tal-gass li jinsab f'Delimara. Konrad Mizzi kien il-Ministru responsabbli mill-Enerġija meta sar dan il-proġett, filwaqt li kien il-Ministru wkoll li ppresieda fuq ftehim tal-Wind Farm fil-Montenegro, li xtrat l-Enemalta. 

L-Awditur Ġenerali kien innota li Mizzi mar f'dan il-pajjiż kemm qabel u anke wara, u kien hemm tranżazzjonijiet ta' ċenteżmu fil-kont tiegħu. 

More in Politika