Il-Malta Police Union qed tordna lill-Pulizija biex minkejja l-istruzzjonijiet mogħtija lilhom, iħallu d-daqna ġaladarba din tkun miżmuma pulita.
Fi stqarrija, il-Malta Police Union qalet li qed tordna din it-tilwima industrijali wara li anke l-Pulizija li ma jkunux liebsa l-uniformi, ġew ordnati jqaxxru l-leħja.
Waqt li kkwotat l-Att Dwar il-Pulizija, il-Unjin qed tisħaq li din l-ordni hija kontra l-liġi, anke għax il-liġi titkellem biss fuq dawn il-Pulizija li jkunu liebsa l-uniformi.
Għalhekk, il-Malta Police Union qed tordna lill-Pulizija kollha biex min-nhar it-Tnejn:
- Ikunu jistgħu jkabbru d-daqna sakemm tinżamm nadifa anke meta meta jkunu bl-uniformi
- Ma jilbsus il-kappell
- Ikunu jistgħu jiżbgħu xagħarhom sakemm ma jkunx kulur li jispikka
- Ikunu jistgħu jużaw nail polish ta’ kull kulur.